Ir-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali huma fil-qalba tal-attivitajiet kollha tal-Frontex. Il-persunal tal-Aġenzija u l-uffiċjali nazzjonali li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-Frontex jingħataw taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qabel jiġu skjerati, filwaqt li l-obbligu ta’ rappurtar ta’ ksur potenzjali ta’ drittijiet fundamentali huwa integrat f’kull pjan operazzjonali.
Uffiċjal tad-drittijiet fundamentali li huwa indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet kollha tiegħu jew tagħha jirrapporta direttament lill-Bord tat-Tmexxija, u jikkoopera mal-Forum Konsultattiv dwar id-Drittijiet Fundamentali. Il-Forum Konsultattiv jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija b’pariri indipendenti dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali. Huwa magħmul minn tliet membri permanenti, tliet organizzazzjonijiet internazzjonali, u disa’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili magħżula għal terminu ta’ tliet snin:
Membri permanenti:
- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
- Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO)
- Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR)
Organizzazzjonijiet internazzjonali:
- Il-Kunsill tal-Ewropa (KtE)
- Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM)
- Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE)
Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attwalment rappreżentati:
- Ċentru AIRE
- Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet Ewropej ta’ Amnesty International (AI - EIO)
- Caritas Europa
- Il-Kummissjoni tal-Knejjes għall-Migranti fl-Ewropa (CCME)
- Il-Kunsill Ewropew għar-Refuġjati u l-Eżiljati (ECRE)
- Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi (QIĠ)
- Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati (JRS)
- Pjattaforma għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar il-Migranti Mingħajr Dokumenti (PICUM)
- Uffiċċju tal-UE tas-Salib l-Aħmar (RCEU)
Mistoqsijiet rigward l-oqsma koperti mill-Uffiċċju tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu indirizzati lil FRO@frontex.europa.eu