Nissalvagwardjaw il-Qasam Ewropew tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja
Viżjoni, Missjoni u Valuri
Il-Viżjoni Tagħna
Il-missjoni tagħna
Flimkien mal-Istati Membri, niżguraw fruntieri esterni siguri, li jiffunzjonaw tajjeb u li jipprovdu sikurezza
Il-Valuri Tagħna
Aħna professjonali
Għandna l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi
meħtieġa sabiex inwettqu l-missjoni tagħna b’mod effiċjenti bi standards etiċi
għoljin u kontinwament nistinkaw għall-eċċellenza sabiex intejbu l-prestazzjoni
tagħna.
Aħna rispettużi
Aħna nirrikonoxxu lill-persuni,
lill-istituzzjonijiet u r-rwoli tagħhom u nirrispettawhom għax inqisuhom siewja
u importanti.
Infittxu l-kooperazzjoni
Flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti
tal-Istati Membri tal-UE, bil-parteċipazzjoni ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn
aħna nġestixxu l-fruntieri esterni tal-UE u nfittxu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi
li mhumiex fl-UE.
Flimkien, nikkooperaw u nikkollaboraw fi ħdan l-organizzazzjoni kif ukoll ma’ partijiet ikkonċernati esterni sabiex niksbu miri u objettivi komuni.
Aħna responsabbli
Aħna affidabbli fit-twettiq
tar-responsabbiltajiet tagħna fix-xogħol tagħna, fil-puntwalità u fil-kwalità
tiegħu.
Aħna nagħtu kas
Bħala aġenti pubbliċi Ewropej aħna nservu
l-interessi taċ-ċittadini peress li nagħtu kas in-nies u nemmnu fil-valuri
Ewropej.